“Tal-Pfizer Qed jgħidu Li T-Tilqima Trid Tittieħed Għat-Tielet Darba” – Trial And Error
Il-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant staqsa kif kwistjoni medika daqstant importanti bħall-vaċċin, tħalliet għal kollox f’idejn kumpaniji kummerċjali kbar?! Dan għaliex, kif argumenta hu, apparti li għandhom eżiġenzi mediċi, għandhom ukoll kull skop ta’ profit.
Stqarr li dan kollu juri kif fil-ġlieda kontra l-pandemija, l-umanità qed taħdem skont ir-regola ta’ kif tipprova ttellaq xi ħaġa ġdida imma tkun lesta ssewwieħa jekk ma tkunx sejra daqstant tajjeb “Trial and error”.
“M’hemm xejn ħażin f’hekk; ħafna skoperti saru b’dal-mod, u jekk ma jkollokx xi ħaġa aħjar, għaliex le?”
Iżda, enfasizza wkoll li apparti l-kummerċ hemm is-saħħa ta’ miljuni ta’ bnedmin u kompla jistaqsi dwar kemm nistgħu nkunu żguri li f’xi ħaġa importanti hekk, qed iqisu l-ewwel l-umanità u mbagħad il-profitti.
Intom x’taħsbu dwar dan?
Ritratt: KHOU