Il-Maltin Iħobbuh Il-Porn?

 Il-Maltin Iħobbuh Il-Porn?

Għalkemm il-mentalità tbiddlet sew u llum, persuna ma tiddejjaqx tgħid x’tagħmel fil-ħajja privata tagħha, xorta waħda ssib min jiskrupla.

Iżda, il-bnedmin saru jitkellmu iżjed fl-apert dwar xi jħobbu u ma jħobbux fil-ħajja sesswali tagħhom. Saru jitkellmu iżjed, ġieli wkoll bi kburija ta’ “jien nagħmel iżjed minnek.”

Imma dan huwa tajjeb jew le? Kważi kważi hija mistoqsija irrelevanti għaliex kollox jiddependi minnek dwar dak li tagħmel jekk hux tajjeb jew ħażin għalik.

Studju xjentifiku jgħid li meta persuna tinfexx tara porn b’mod kontinwu, dan jista’ jirriżulta f’nuqqas ta’ pjaċir meta jiġi biex isir l-att sesswali veru għaliex il-moħħ jibda jqabbel ma’ dak li jkun ra fil-porn.

Imma bħal f’kollox, m’hemm regola waħda li tiġbed sinjal u tgħodd għal kulħadd. Issib min jgħid, li l-porn jgħinu jkollu ‘performance’ aħjar mas-sieħeb/sieħba tiegħu.

Hemm ukoll possibbilità ta’ ‘addiction’, li ma tkunx tista’ tgħaddi jum mingħajr ma tara mqar ftit porn.

Il-ħsieb tal-artiklu hu, li wieħed ikun konxju tal-atti tiegħu biex ma jagħmilx ħsara lilu nnifsu.

Studju li sar dan l-aħħar, wera wkoll li fis-sena 2020, kien hemm żieda ta’ 10% ta’ Maltin li għamlu użu mis-sit popolari pornhub.

Intom x’taħsbu dwar dan?

Ritratt: aceb.pro

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com