L-Awtorità Tal-Ippjanar Tgħidlu Li Wettaq Xogħol Bla Permess – Iġġiegħelu Jneħħi Kollox
Ronnie, anzjan li bidel miżbla f’akkwata serena u pjaċevoli, kollox minn butu, ġie ordnat mill-Awtorità tal-ippjanar biex ineħħi kollox.
“Hedditu li timmultah €50,000 jekk ma jagħmilx dan b’mod immedjat”, kiteb Ruben Overend fuq il-midja soċjali.
Jidher li l-awtorità tal-ippjanar qaltlu li dan ix-xogħol sar bla permess.
F’sensiela ta’ aġġettivi lejn l-awtorità, Ruben wera d-dispjaċir tiegħu u li ħafna kienu dawk li qablu miegħu, dwar il-mod kif Ronnie poġġa l-interess tal-komunità u dik ambjentali l-ewwel filwaqt li l-awtorità uriet snienha u ħarġet bil-ponn tal-ħadid ma’ dan l-anzjan.
intom x’taħseb dwar dan?