Jiġi Fi Tmiemu L-Istaġun Tal-Kaċċa Fir-Rebbiegħa
Illum jiġi fi tmiemu l-istaġun tal-kaċċa fir-Rebbiegħa. Omar Farrugia, is-Sindku tal-Imqabba tenna li dan huwa staġun qasir li bħal dejjem, ma jkunx nieqes mill-kontroversja.
“Naħseb li bħala soċjetà kapaċi nirrispettaw lil xulxin. Nemmen li kapaċi nifhmu li dan huwa namur bħal ħafna delizzji oħra u li huwa marbut ma’ qalb dawk id-dilettanti li jipprattikawh”, spjega Farrugia.
Tenna kif ir-rispett irid ikun reċiproku biex ilkoll naħdmu sabiex dan id-delizzju jibqa’ jitgawda, bħalma jgawduh id-dilettanti ta’ pajjiżi oħra fl-Ewropa.