Kienet Seħħet Splużjoni F’Kamra Tan-Nar Qrib In-Niċċa Tar-Redentur…
Bħal-lum 1 ta’ Mejju fl-1904, seħħet splużjoni ta’ kamra tan-nar qrib in-Niċċa tar-Redentur limiti taż-Żejtun li fiha mietu ħamest irġiel; Carmelo Mifsud, Michael Spiteri, Vincenzo Mifsud, Anġlu Brincat u A. Mifsud. C. Caruana kien għadda għall-aħjar.
Fuq il-post, wara l-isplużjoni li seħħet għall-ħabta tal-10.30am, kienu marru l-Ispettur R. Barbaro Sant akkumpanjat minn surġent u 6 pulizija oħra. Insellmu l-memorja tagħhom.