Bil-Filmat: Quiven Nieqes Mid-Dawl U Sabiex Jistudja Jiġi Bżonn Apparat Li Jiswa Daqs Karozza

 Bil-Filmat: Quiven Nieqes Mid-Dawl U Sabiex Jistudja Jiġi Bżonn Apparat Li Jiswa Daqs Karozza

Karen Ellul tirrakkonta kif meta kien għadu ċkejken ħafna, binha Quiven kellu ċancer f’għajnejh u b’konsegwenza ta’ dan kellhom jitneħħewlu ż-żewġ għajnejn.

Illum Quiven jgħix mingħajr dawl, iżda minkejja kollox, aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar jikkonferma kemm l-abbiltajiet tiegħu huma ferm akbar mid-diżabbilità.

Quiven illum idoqq il-pjanu, qed javvanza fl-iskola u jħobb jgħom. Permezz ta’ apparat teknoloġiku personalizzat, Quiven u tfal oħrajn bħalu llum għandhom aċċess enormi għall-informazzjoni u b’hekk jistgħu jistudjaw u jiżviluppaw talenti inkreddibli.

Dan l-apparat jiswa’ ħafna flus u b’hekk ġie provdut mill-Malta Trust Foundation. Nhar is-Sibt li ġej se tkun qed issir Maratona bejn nofsinhar u nofsillejl fuq l-istazzjonijiet lokali kollha sabiex jinġabru fondi ħalli jinxtara aktar apparat personalizzat sabiex aktar tfal ikunu jistgħu jkomplu javvanzaw fil-ħajja tagħhom.

F’dan il-filmat Karen tirrakkonta l-esperjenza ta’ binha u tal-familja kollha u b’attitudni pożittiva għall-aħħar twassal messaġġ ta’ tama.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com