“Tħobb Il-Verità Onor. Jason Azzopardi?” – Adrian Delia Jisfidah
“Tħobb il-verità Onor. Jason Azzopardi? Trid tagħmel il-karita bi flus ħaddieħor ? Trid l-għaqda fil-partit, bis-serjetà?” Hekk beda kumment mill-eks Kap tal-Opożizzjoni Adrian Delia fuq facebook tiegħu li ttella’ lbieraħ filgħaxija.
Sfidah joħroġ is-700 messaġġ li qal li għandu fil-konfront tiegħu u jispjega kif hu biss kellu aċċess għall-messaggi ta’ Yorgen Fenech meta mhux fil-Korp tal-Pulizija.
Allega wkoll biex jgħid kienx hu li mar jirranġa mal-midja ‘independenti’ biex joħorġu l-qerq tiegħu front page kif ukoll biex joħroġ il-provi biex jissustanzja dak li qal illi qiegħed fil-but ta’ Yorgen Fenech.
“Iddikjara dak kollu li daħħalt f’taxxa minflok tigdeb min żniedek ; Spjegalna kif għext meta suppost qatt ma qlajt xejn…”
“Iddikjara kemm gdibt u ħdimt kontra l-Kap tal-Partit tiegħek stess meta dan kien elett demokratikament.”
Is-saga kompliet b’serjè ta’ mistoqsijiet minn Delia fil-konfront ta’ Azzopardi fejn temmet billi qalli li jekk irid ifittex lilu biex veru toħroġ il-verità.