Jikklampjawlu L-Karozza Waqt Li Ommu kienet Qed Tmut
Sewwieq jinsab irrabjat u mweġġa’ wara li f’mument diffiċli spiċċa bil-karozza kklampjata fejn l-isptar.
Fuq il-midja soċjali r-raġel qal li rċieva telefonata li ommi kienet l-isptar u kienet qed tmut, hu mill-ewwel mar l-isptar u pparkja l-karozza f’art abbandunata biswit l-isptar u daħal malajr fejn ommu.
Ir-raġel wara li ħareġ sab il-karozza kklampjata u meta staqsa l-uffiċjali tas-sigurta’ hu allega li wieħed mill-ħaddiema qallu li ma jimpurtahx minn ommu.