Man Utd Bi TLIET Logħbiet Tal-Kampjonat F’ĦAMES T’Ijiem.. Titħabbar Id-data Tal-Logħba Ma’ Liverpool

 Man Utd Bi TLIET Logħbiet Tal-Kampjonat F’ĦAMES T’Ijiem.. Titħabbar Id-data Tal-Logħba Ma’ Liverpool

Manchester United li probabbli jridu jaħsbu fil-finali tal-UEFA Europa League, formalita għalihom ir-ritorn tas-semifinali għada l-Ħamis f’Ruma, l-ġimgħa d-dieħla jridu jilgħabu tliet logħbiet f’ħames t’ijiem fil-Kampjonat Premier League.

Il-logħba kontroversjali tal-Ħadd li għadda f’darhom kontra r-rivali eterni Liverpool u li ġiet posposta minħabba nvażjoni tal-partitarji fuq il-pitch ta’ Old Trafford bħala protesta kontra s-sidien tal-klabb il-familja Glazer, issa ser tintlgħab nhar il-Ħamis tal-ġimgħa d-dieħla 13 ta’ Mejju.

Jumejn qabel, ukoll f’darhom ir-Red Devils jilqgħu lil Leicester City it-Tlieta 11 tax-xahar, jumejn wara li nhar il-Ħadd imorru għand Aston Villa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com