Mart Il-Prim Ministru, Lydia Abela, Rriżultat Pożittiva Għall-Covid-19

 Mart Il-Prim Ministru, Lydia Abela, Rriżultat Pożittiva Għall-Covid-19

Il-Prim ministru Robert Abela ħabbar li Lydia rriżultat pożittiva għall-Covid-19 wara test li għamlet minħabba impenji li kellhom fil-jiem li ġejjin.

Il-PM qal li Lydia tinsab tajba u ma kellha u m’għandha l-ebda sintomi. It-testijiet tal-Prim Ministru u ta’ Giorgia Mae rriżultaw fin-negattiv.
Naturalment, dan ifisser li bdew josservaw perjodu ta’ kwarantina.
Hu qal li bis-saħħa tat-teknoloġija se jkompli għaddej b’ħidmietu, inkluż b’laqgħat importanti li għandu fil-jiem li ġejjin.

Aktar kmieni llum Lydia Abela ħadet l-ewwel tilqima tal-vaċċin kontra l-Covid-19.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com