Iwiegħdu €25 Lill-Pubbliku Biex Żgur Jieħdu L-Vaċċin

 Iwiegħdu €25 Lill-Pubbliku Biex Żgur Jieħdu L-Vaċċin

Fis-Serbja, iċ-ċittadini qed iwiegħdu 3,000 dinari li huma ekwivalenti għal €25 lill-pubbliku, jekk jieħdu l-vaċċin kontra l-Covid-19.

Il-President Aleksandar Vucic qal li din l-inizjattiva qed issir biex ikunu ppremjati ċ-ċittadini li jgħinu fil-kontroll tal-pandemija.

In-nies li jkunu diġà mqar tlaqqmu bl-ewwel tilqima, mistennija jibdew jirċievu l-flus. Il-President wera l-għadab tiegħu għal dawk in-nies li ma jridux jitlaqqmu u sejjaħ dan l-att bħala irresponsabbiltà kbira.

Ritratt: Euronews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com