Bil-Filmat: Tikek Jixgħelu U Jisparixxu F’Daqqa – Aljeni Fis-Smewwiet?
Irċevejna filmat mingħand Matthew Calleja li juri bħal tikek jixgħelu fis-smewwiet. Qalilna li dan ġara għall-ħabta tad-9.30pm tal-bieraħ fejn irnexxielu jiffilmjahom minn San Ġwann.
Mid-dehra ntlemħu wkoll minn inħawi oħra. Donnu kienu qisu stilel skjerati wara xulxin u mbagħad sparixxew f’daqqa.
Minn riċerka ta’ Matthew stess, qalilna li din kienet operazzjoni minn SpaceX imsejħa Starlink Mission.
Dawn it-tikek huma prattikament satelliti li kienu f’atmosfera ta’ 175 mil ‘il fuq minn wiċċ id-dinja. Huma jiffurmaw parti minn flotta ta’ 60 satellita li ttellgħu fl-ispazju fuq l-istess rocket u li issa qed jimxu bil-mod biex isibu l-orbit finali tagħhom.
Sending this tweet through space via Starlink satellite 🛰
— Elon Musk (@elonmusk) October 22, 2019