Sorpriża Kif Malta Mhix Fil-Lista L-Ħadra Tar-Renju Unit Filwaqt Li Tilqa’ L-Aħbar Mill-Ġermanja Favur Malta

 Sorpriża Kif Malta Mhix Fil-Lista L-Ħadra Tar-Renju Unit Filwaqt Li Tilqa’ L-Aħbar Mill-Ġermanja Favur Malta

L-Assoċjazzjoni Maltija għal-lukandi u r-ristoranti (MHRA) fi stqarrija qalet li tinsab sorpriża kif Malta mhix inkluża fil-lista l-ħadra tar-Renju Unit.

Tenniet li Malta qed tagħmel minn kollox biex tilħaq il-miri mitluba mill-aspett tas-sigurtà u s-saħħa ta’ kull individiwu tant li anke l-midja Ingliża kienet qed issemmi spiss lil Malta bħala d-destinazzjoni favorita għaċ-ċittadini Ngliżi f’dan is-sajf li ġej.
Saħqet li din is-sitwazzjoni trid tkun indirizzata b’mod immedjat inkella se jintilef dak li kien qed jidher li se jkun bidu ta’ staġun sajfi tajjeb. Appellat lill-awtoritajiet Maltin, il-korpi diplomatiċi u l-Uffiċju tal-Prim Ministru biex jieħdu azzjoni malajr kemm jista’ jkun biex Malta titpoġġa fil-lista, minn hawn u tliet ġimgħat oħra.
Mill-banda l-oħra, l-MHRA laqgħet l-aħbar pożittiva li l-Ġermanja issa qed tqies lil Malta li mhix aktar żona ta’ periklu fir-rigward tal-pandemija Covid-19.
 
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com