60% Tal-Popolazzjoni Maltija Se Tkun Ħadet L-Ewwel Doża
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne tenna li fi żmien 24 siegħa, 60 fil-mija tal-popolazzjoni Maltija se tkun ħadet l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19.
L-amministrazzjoni tal-għoti tal-vaċċin f’pajjiżna ġie mfaħħar mal-erbat irjieħ tad-dinja tant li anke pajjiżi oħra talbu lil Malta biex tgħinhom dwar kif sar dan is-suċċess biex isegwuh.
B’hekk, pajjiżna qed ikompli jiġġieled din il-pandemija bl-aqwa mod. Jekk għadek ma rreġistrajtx, agħmel dan issa: http://vaccin.gov.mt