Għada L-10 Ta’ Mejju – Jibdew Jitneħħew Ir-Restrizzjonijiet
Għada jaħbat l-10 ta’ Mejju; data li tfisser ħafna għan-negozji u anke għal dawn li forsi b’mod awtomatiku, il-fatt li ser jibda r-rilaxx tal-miżuri jgħinhom mentalment.
Minn għada 10 ta’ Mejju se jitneħħew ir-ristrizzjonijiet fuq l-ivvjaġar bejn Malta u Għawdex.
Mill-10 ta’ Mejju wkoll:
- Ir-ristoranti u l-isnack bars jistgħu jiftħu sal-17:00
- Jerġa’ jibda t-taħriġ tal-isport professjonali kollu
- Ikompli l-isport non-contact mingħajr spetturi
- Ikomplu attivitajiet ekstrakurrikulari
- Ikomplu l-lezzjonijiet tad-duttrina
- Jarmaw is-swieq fil-miftuħ
- Jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar bejn Malta u Għawdex
Infakkru biex nibqgħu nobdu r-regoli li l-Awtoritajiet tas-Saħħa jisħqu li għandna nibqgħu nsegwu.