Bewsa Virtwali Għal Mart Il-Prim Ministru F’Jum l-Omm!
Il-Prim Ministru Robert Abela jwassal l-awguri tiegħu fil-jum speċjali ta’ Jum l-Omm. Omm il-Prim Ministru, Margaret laqqat il-familja b’mod virtwali sabiex minkejja li ma setgħux jingħaqdu flimkien għall-ikla ta’ nofsinhar, jiltaqgħu b’mod virtwali.
Il-Prim Ministru flimkien ma’ martu Lydia juru l-apprezzament tagħhom lejn ommijiethom li ta’ kuljum joffru biss imħabba u dedikazzjoni lejn il-familja kollha.
Giorgia Mae ukoll xtaqet li tesprimi l-isbaħ xewqat lil ommha Lydia f’dan il-jum, u b’mod virtwali bagħtitilha bewsa.
L-imħabba li żżewwaq lil familji Maltin tirbaħ fuq kull ċirkostanza!