Meta Marad, It-Tabib Ma kellux Fiduċja Li Jfieq – Twieled Fil-Belt Valletta

 Meta Marad, It-Tabib Ma kellux Fiduċja Li Jfieq – Twieled Fil-Belt Valletta

Dun Ġorġ twieled fil-Belt Valletta, nhar it-12 ta’ Frar tal-1880. Irċieva trobbija nisranija u l-istudji tiegħu għamilhom fil-Liċeo u fis-Seminarju.

Jingħad li kellu saħħa fraġli, tant li anke meta kien djaknu marad serjament u t-tabib tiegħu ma kellu ebda fiduċja li jfiq.

Iżda Ġorġ kellu fiduċja u devozzjoni kbira lejn San Ġużepp u bl-interċessjoni tiegħu, fieq u ordna saċerdot fit-22 ta’ Diċembru 1906.

Sa minn qabel ma sar qassis, Dun Ġorġ kien jgħid li l-poplu ta’ Alla kien jinħtieġ min jgħallmu. Beda jikteb regola bil-Latin bil-ħsieb li jibgħata lill-Papa San Piju X biex iwaqqaf soċjetà ta’ djakni permanenti ħalli jgħinu lill-isqfijiet fil-formazzjoni nisranija bit-tagħlim.

Is-Soċjetà li ħolom dwarha, rat il-bidu tagħha fl-ewwel xhur ta’ l-1907, fil-Ħamrun, f’post fqir minn kollox iżda għani fl-imħabba ta’ l-aħwa u t-tagħlim. Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija hi magħrufa l-aktar bil-motto tagħha, M.U.S.E.U.M. — Magister Utinam Sequatur Evangelium Universus Mundus: Mgħallem, mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju!

Miet f’Santa Venera, fejn qatta’ l-aħħar xhur ta’ ħajtu, fis-26 ta’ Lulju 1962. Il-fdal tiegħu jinsab fil-kappella tad-Dar Ġenerali tas-Soċjetà tal-MUSEUM fil-Blata l-Bajda.

Dun Ġorġ ġie ddikkjarat qaddis nhar il-Ħadd 3 ta’ Ġunju, 2007 mill-Papa Benedittu XVI fil-Pjazza tal-Vatikan. Illum 9 ta’ Mejju ġiet magħżula bħala l-jum tal-festa tiegħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com