“Destiny M’Għandhiex Bżonn Tilbes Imqaċċat Biex Tiġbed L-Attenzjoni”
Wara l-ewwel dehra ta’ Destiny bl-ilbies roża fir-rehearsal li saret aktar kmieni llum, bosta kienu li kkummentaw propju dwar il-libsa li kellha.
Fuq il-vuċi, jidher li kulħadd jaqbel dwar kemm Destiny hija brava. Fuq l-ilbies, ma jidhirx li qed jaqbel kulħadd.
Krista Caruana Falzon tenniet li tittama li min qed jagħti l-pariri fuq id-dehra ta’ Destiny qed jirrealizza li din l-outfit ma ntlaqgħet xejn mill-pubbliku.
“Destiny m’għandiex bżonn tilbes imqaċċat biex tiġbed l-attenzjoni għax il-vuċi tagħha hija top notch”, saħqet Krista filwaqt li qalet li tittama li ma nitilfux kollox fl-aħħar għaliex din id-darba jkun it-tort tagħna.
“Iftħu għajnejkom u ħudu azzjoni issa qabel ikun tard wisq. Twaqqgħux lil pajjiżna għar-redikolu!”
Intant, wara l-ewwel rehearsal Malta niżlet fit-tieni post skont l-odds; https://eurovisionworld.com/odds/eurovision
Franza qed tidher bħala r-rebbieħa skont il-betting companies bil-kanzunetta Voilà.
Dan bla dubju jista’ jinbidel b’mod kontinwu sal-aħħar jum.
Aħna nkomplu nawguraw l-isbaħ xewqat lil Destiny f’isem Malta.