Joseph Muscat Jiftaħ Libell Kontra Dr Christian Grima – Allega Li “Splodejt lis-Sinjura DCG”
L-eks Prim Ministru Joseph Muscat kiteb fuq il-midja soċjali tiegħu li mhux se joqgħod għal ċertu gideb għalkemm ma jemminx fil-libelli tant li f’aktar minn 15-il sena, fetaħ biss xi ħamsa.
Iżda, qal li ċertu Dr christian Grima allega fuq facebook li hu, u uża kliemu “splodejt lis-Sinjura Daphne Caruana Galizia.”
“Kif għidt, il-kritika, ġusta jew inġusta noqgħod ghaliha. Kif noqgħod anki għat-tgħajjir, it-tiġbid tal-fatti u l-ispekulazzjonijiet li jehdew bihom xi wħud. Gideb hekk iżda le.”