SEGWI: Il-Protezzjoni Ċivili Tassisti Mara Li Spiċċat Fuq Tinda Ta’ Ħanut Fil-Gżira
Filmat li deher fuq One News juri lill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jagħtu l-assistenza tagħhom lil mara li spiċċat fuq tinda ta’ ħanut fil-Gżira.
Persuni fuq il-post tal-inċident qalu li din hija persuna bid-dimensja u għal xi raġuni spiċċat fuq it-tinda ta’ dan il-ħanut.
Qalu ukoll li l-mara toqgħod viċin u niżlet minn fuq gallarija.