Bil-Filmat: Għandu 36 Sena U Għadu Abbati Sal-Lum
Jeffrey Galea għandu 36 sena, għandu familja u għadu abbati sal-lum. Waqt il-programm Popolin fuq TVM, stqarr li ilu għaxar snin jieħu ħsieb l-abbatini; bħalissa jieħu ħsieb madwar 25 abbati fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi.
Is-Salib tal-Kleru huwa daqsxejn tqil u l-Arċipriet kellmu biex jibda jieħu ħsieb l-abbatini. Qal li l-Papa Benedittu kien anke bagħatilhom ittra ta’ apprezzament għal dan ix-xogħol li jwettqu.
Maż-żmien, tenna li sar qisu xogħol għaliex fih ħsieb u preparazzjoni; iżda xogħol li jagħmel b’tant passjoni u dedikazzjoni.
Awguri Jeffrey.