Tilef Il-Kontroll Tal-Mutur U Nqaleb
Ilbieraħ, raġel ta’ 29 sena residenti r-Rabat u tfajla ta’ 17-il sena residenti Santa Venera, għal xi t-15.15, kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei għax sofrew xi ġrieħi f’inċident tat-traffiku fi Triq Buqana, r-Rabat.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li għal xi raġuni r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Suzuki, u nqaleb. It-tfajla ta’ 17-il sena kienet ukoll miegħu fuq il-mutur.
Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.