Dmija, Biki U Mwiet – Ħerba F’Gaza U F’Tel Aviv
Il-ġlied bejn il-Lhud u l-Palestinjani kompla jintensifika bil-qawwiet tal-ajru t’Iżrael jibbumbardja fl-istrixxa ta’ Gaża u l-militanti Palestinjani tal-grupp Ħamas jispara rokits lejn Iżrael fosthom lejn il-belt ta’ Tel Aviv.
Twaqqfu wkoll it-titjiriet fl-ajruport ta’ Ben Gurion f’Tel Aviv.
F’Gaża s-sitwazzjoni hija ferm kerha fejn anke binjiet għolja diversi sulari twaqqgħu. Intqal li fost il-vittmi hemm nisa u tfal iżda Iżrael qed isostni li fil-mira tal-attakki tiegħu hemm il-militanti.
Sa issa ntqal li madwar 40 persuna nqatlu f’dawk li ssejħu bħala l-agħar xeni vjolenti li qatt raw. L-Iżrael iddikjara wkoll stat ta’ emerġenza fil-belt ċentrali ta’ Lod wara aktar rewwixti mill-Għarab Iżraeljani.
Din qed tissejjaħ gwerra ċivili.
Intant il-Gvern Malti, permezz tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo wera t-tħassib serju tiegħu fuq il-vjolenza li eskalat fil-Lvant Nofsani.
Malta sostniet l-appoġġ għas-soluzzjoni ta’ żewġ stati fil-Lvant Nofsani, u appellat biex titieħed azzjoni mill-aktar fis bil-għan li jonqsu t-tensjonijiet.
Il-Gvern Malti ta l-kondoljanzi lill-familji tal-vittmi, inklużi nies ċivili li ndarbu u tenna l-ħtieġa li jkun rispettat id-dritt tal-Palestinjani sabiex ma jkunux imċaħħda minn djarhom f’Ġerusalemm tal-Lvant.
Ara l-filmat hawn: https://globalnews.ca/news/7850637/israeli-palestinian-conflict-tuesday/
Ritratt: CNN