SEGWI: Messaġġ Ta’ Kuraġġ f’Jum Il-Festa Liturġika ta’ San Filep
Fil-jum tat-12 ta’ Mejju, fil-Festa Liturġika ta’ San Filep, l-Għaqda Każin Banda San Filep twassal messaġġ ta’ kuraġġ fuq il-midja soċjali tagħha.
Jistqarru li minkejja li għexna żminijiet straordinarji, l-Għaqda ma waqfitx mill-ħidma tagħha. Jfakkru li wara l-maltemp jiġi l-bnazzi u jagħmlu kuraġġ liż-Żebbuġin sabiex flimkien is-sena d-dieħla jgawdu l-festa tant għażiża ta’ San Filep. L-enfażi ta’ dan il-messaġġ tkun il-kelma ‘Flimkien’.
Din l-istess Għaqda b’messaġġ b’saħħtu ħeġġet ukoll lil poplu Malti sabiex jieħu l-vaċċin sabiex flimkien inkomplu l-ġlieda tagħna konta l-COVID-19.
Ritratt Prinċipali: Facebook/ Għaqda Każin Banda San Filep (Omm Il-Baned Maltin)