“L-Ippjanar Tal-Gvern Qed Iħalli R-Riżultat” – Partit Laburista
Waqt kollegament fuq ONE Radio, il-Prim Ministru tkellem dwar it-tbassir tal-ekonomija u r-riżultati fis-settur tas-saħħa, partikolarment il-proċess ta’ vaċċinar u qal li dan hu riżultati tal-pjani tal-gvern.
Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista intqal li Dr Abela spjega kif l-għaqal wassal biex dan il-Gvern ma jħalli lil ħadd waħdu. “It-tbassir huwa konsegwenza pożittiva ta’ dak li l-Kummissjoni osservat li sar Malta fl-aħħar xhur… jew li nimxu b’politika ta’ awsterita’ u nħallu lin-nies waħedhom kif kien sar 12-il sena ilu meta kellna kriżi ekonomika ħafna iċken minn dik tal-lum jew li ninvestu fin-nies. Id-deċiżjoni li ħadna dakinhar kienet li ninvestu bis-saħħa fin-nies.”
Robert Abela fakkar ukoll kif kien kruċjali li fl-aħħar xhur investejna bis-saħħa għax-xiri tal-vaċċin tant li llum ntlaħqet l-400,000 doża tal-vaċċin.
Fl-aħħar nett, il-Prim Ministru appella biex kulħadd jieħu t-tilqima f’dan il-mument pożittiv. “Il-pandemija għadha magħna. Għalhekk kruċjali li nibbilanċjaw dan is-sens ta’ ottimiżmu ma’ rieda b’saħħitha u b’kawtela.”