Il-Partit Popolari Malti Jgħid Li Jiddeplora U Jistmerr L-Abbozz Biex L-Abort Ikun Dikriminalizzat

 Il-Partit Popolari Malti Jgħid Li Jiddeplora U Jistmerr L-Abbozz Biex L-Abort Ikun Dikriminalizzat

Fi stqarrija il-Partit Popolari Malti ddeskriva s-seduta Parlamentari tal-bieraħ it-12 ta’ Mejju bħala “xokkanti”.

Fl-istqarrija intqal minn dan il-Partit li bħala poplu Malti u sovran nistaw biss niddiskrivu l-lejla tal-bieraħ bħala “Lejla Sewda”. Il-Partit Popolari Malti, jistmerr bil-qawwa kollha l-mottiv rresponsabbli tal-Onorevoli Marlene Farrugia, li tressaq abbozz li fih tipproponni li jiġi dikrimalizzat l-abort. “Dan ifisser li kull assistenza medika involuta fil-qtil brutali tat-trabi fil-ġuf, ma jiġiex meqjus bħala azzjoni kriminali”, qal Paul Salomone mill-Partit Popolari.

“Mozzjoni disgustanti u xokkanti bħal din turi biċ-ċar, fejn wasal pajjiżna f’dawk li huma valuri umani u dritt tal-ħajja. Il-Partit Popolari jiddisapprova l-fatt li jintqal li l-abort huwa dritt tal-mara, meta fl-istess waqt, tiġi ddisprezzata id-dritt tal-ħajja tat-tarbija fil-ġuf. Il-Partit Popolari jħeġġeġ sabiex, il-kumitat responsabbli mill-ħidmiet, flimkien mal-kamra tad-deputati, sabiex jilqgħu din il-mozzjoni u li addirittura titressaq għad-diskussjoni f’seduta Parlamentari mmedjata, bil-għan li
finalment jaqgħu l-maskri mill-uċuh moħbija ta’ dawk id-deputati parlamentari li dejjem stqarrew li huma kontra l-abort”, stqarr il-Kap tal-Partit Popolari Paul Salomone.

Il-Partit Popolari qed jistieden lill-ispeaker tal-kamra sabiex iħalli is-seduta għaddejja għal diversi jiem, filwaqt li jħeġġeġ u jistenna li kull deputat, elett mill-poplu u rappreżentant tal-poplu, jistqarr b’mod ċar il-pożizzjoni tiegħu dwar dan is-suġġett.

Il-Partit Popolari temm l-istqarrija billi ċċara l-pożizzjoni tiegħu, li huwa kontra l-abort filwaqt li ma jiskuża l-ebda raġuni għaliex għandha tkun it-tarbija li tkun il-vittma, filwaqt li tispiċċa maqtula f’isem id-drittijiet tan-nisa. Dan il-Partit jisħaq li għandu jkun il-Gvern illi jsalva u jħares lil dawn il-gżejjer minn dan il-qtil faħxi u kriminali, billi jissieħeb ma’ diversi NGOs u jipprovdi kull għajnuna professjonali, medika u akkomodazzjoni meħtieġa mingħajr ħlas, lill kull mara li tirriżultalha tqala mhux mixtieqa.

Il-Partit Popolari qed iħeġġeġ lil dawk in-nisa li qed jgħaddu minn tqala mhux mixtieqa sabiex minflok ma jħabbtu l-bibien sabiex ifittxu l-abort, minflok iħabbtu
bibien ta’ tama u għajnuna għalihom u għat-tarbija, liema għajnuna diġà teżisti u hija effetttiva minn kull aspett.

Filwaqt li jintqal illi 85% tal-Poplu Malti huwa kontra l-abort, il-Partit Popolari qed jistieden lill dawk kollha involuti, sabiex b’mod kollettiv, attiv u effettiv issir pressjoni Nazzjonali ħalli l-abort legali qatt ma jidħol f’Malta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com