Kommossjoni F’Ħaż-Żebbuġ Hekk Kif Raġel Sawwat Lil Mara U Tefagħha F’Bagoll
Dalgħodu jidher li qamet kommossjoni fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ hekk kif każ ta’ vjolenza li s-soltu mdorrijin naraw fil-films, seħħ b’mod reali.
Jidher li raġel kien arrestat mill-pulizija wara li allegatament, sawwat lis-sieħba tiegħu u tefagħha f’bagoll ta’ karozza.
Il-Każ ġara fid-9.30 am filwaqt li r-raġel kien arrestat fil-by pass ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-Vittma ttieħdet f’ċentru tas-saħħa għal aktar kura filwaqt li r-raġel ittieħed fl-għassa tal-mosta għal aktar interogazzjoni.
Ritratt: One News