Illum Għeluq Snin L-Arċisqof Ta’ Malta – Kemm Għalaq?
Illum 15 ta’ Mejju huwa għeluq snin l-Arċisqof ta’ Malta Charles J Scicluna. Illum hu għalaq 62 sena u beda l-ġurnata t’għeluq sninu bl-ordinazzjoni ta’ żewġ Djakni ġodda fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar.
L-Arċisqof twieled fl-1959 f’Toronto il-Kanada u nħatar saċerdot fl-1986.
Fit-18 t’Ottubru 2014, wara r-riżenja ta’ Mons. Pawlu Cremona minn Arċisqof, il-Papa Franġisku kien innomina lil Mons Scicluna bħala Amministratur Appostoliku sede vacante, bis-setgħa li jmexxi l-Arċidjocesi sakemm fil-27 ta’ Frar 2015, ġie maħtur Arċisqof ta’ Malta.
Ftit qabel, fil-21 ta’ Jannar 2015, il-Papa kien innomina lil Mons. Scicluna bħala President ta’ Kulleġġ Speċjali fi ħdan il-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi biex jiddeċiedi l-appelli fil-proċessi dwar offiċi serji stabbliti fil-Motu Propio Sacramentorum Sanctitatis Tutela.