Malta Bit-Tieni L-Inqas Rata T’Infezzjoni Fl-Ewropa!
Jidher li Malta issa għandha t-tieni l-inqas rata t’infezzjoni tal-Covid-19 fl-Ewropa. Dan juri tnaqqis sinifikanti, wara li f’Marzu li għaddha Malta kellha rata għolja.
Statistika maħruġa mill-aġenzija tal-Unjoni Ewropea, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), turi kif f’Malta ir-rata t’infezzjoni fl-aħħar 14 il-ġurnata, kienet ta’ 52.28 għal kull 100,000 persuna.
L-unika pajjiż li għandu rata inqas minn Malta huwa l-Portugal, b’rata ta’ 49.55 każ għal kull 100,000 persuna.
Dan ħareġ wara li qed naraw tnaqqis sinifikanti fin-numru ta’ każijiet attivi f’pajjiżna.
Ir-rata t’imwiet f’pajjiżna bħalissa hija dik ta’ 7.77 kull 1,000,000 persuna; is-sitt l-inqas rata mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Ritratt: Reuters