Żewġt Irġiel Mill-Eritrea Feruti fil-Marsa
Raġel mill-Eritrea, ta’ 28 sena ġie ferut gravi fil-Marsa, wara li dan kien allegatament aggredit b’sikkina. Ħabib tiegħu ta’ 18-il sena, ukoll mill-Eritrea, jidher li kien ferut ħafif. L-irġiel joqgħodu Birżebbuġa.
Il-Pulizija stqarret li madwar is-12:45am dawn iż-żewġ irġiel marru fl-Għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun sabiex jirrapportaw li ftit qabel, ġew aggrediti minn tlett irġiel oħra, fi Triq Antonio Doublet fil-Marsa.
Allegatament, l-aggressuri kellhom arma li taqta’ u bil-ponta.
Il-Pulizija talbet l-assistenza medika u l-irġiel ittieħdu għall-kura fl-Isptar Mater Dei.
Il-Pulizija stqarret li għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet, kif ukoll bit-tfittxijiet għall-aggressuri.
Ritratt: Newsbook