Lejn Aktar Inklużjoni, Għarfien U Sapport Lill-Komunità LGBTIQ+

 Lejn Aktar Inklużjoni, Għarfien U Sapport Lill-Komunità LGBTIQ+

IDAHOBIT jirrappreżenta l-Jum Internazzjonali Kontra l-Omofobija, il-Bifobija, l-Interfobija u t-Trasfobija u huwa osservat fis-17 ta’ Mejju. Il-ġurnata ġiet stabbilita sabiex tfakkar id-deċiżjoni mill-WHO (Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa) li tneħħi l-omosesswalità mil-lista ta’ kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali fil-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard. Illum huwa mfakkar f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja. Dan intqal fi stqarrija mill-Kunill Konsultattiv dwar drittijiet ċivili ta’ persuni LGBTIQ+

It-tema globali għall-IDAHOBIT ta’ din is-sena hija “Flimkien: Nirreżistu, Nissapportjaw, Infejqu!” bħala rikonoxximent tar-reżistenza tal-komunitajiet LGBTIQ lejn iż-żieda tal-populiżmu u l-faxxiżmu tal-lemin estrem, u movimenti kontra l-ġeneru; kif ukoll l-appoġġ u s-solidarjetà fost il-komunitajiet u l-movimenti partikolarment din is-sena li għaddiet.

Il-pandemija COVID-19 affettwat lil kulħadd b’xi mod jew ieħor. Irridu nagħrfu l-isfidi li jiffaċċjaw in-nies LGBTIQ matul din il-pandemija, speċjalment dawk li kienu diġà aktar vulnerabbli. Matul is-sena li għaddiet, membri tal-komunità tagħna ffaċċjaw bosta diffikultajiet, inklużi:

  • Riskji akbar ta’ vjolenza tal-familja, speċjalment taħt restrizzjonijiet tal-pandemija (lockdowns), li jirriżultaw f’nies LGBTIQ – speċjalment żgħażagħ – jitkeċċew mid-djar tal-familja tagħhom jew jirrestrinġu l-aċċess għal servizzi ta’ appoġġ;
  • Tfixkil fl-aċċess għall-kura tas-saħħa, inkluża l-medikazzjoni meħtieġa għall-HIV;
  • Iżolament soċjali b’enfasi akbar li jirriżulta mill-qtugħ soċjali minn mal-imsieħba, il-ħbieb u l-komunità;
  • U bħal ħafna, it-telf ta’ mpjiegi u dħul.

Il-Kunsill Konsultattiv LGBTIQ ifaħħar l-isforzi kontinwi ta’ Malta fil-qasam tad-drittijiet u l-ugwaljanza LGBTIQ iżda jirrikonoxxi li għad hemm xi lakuni. LGBTIQ Omofobija, bifobija, interfobija u transfobija għadhom preżenti fis-soċjetà Maltija u esperjenzati fuq bażi ta’ kuljum. In-nies LGBTIQ ikomplu jiffaċċjaw diskriminazzjoni multipla jew intersezzjonali li tirriżulta wkoll minn sessiżmu, razziżmu, abiliżmu u aktar.

Il-Kunsill Konsultattiv jemmen li Malta għandha wkoll rwol x’taqdi biex tippromwovi d-drittijiet LGBTIQ u l-ugwaljanza madwar id-dinja, inkluż f’pajjiżi fejn ir-relazzjonijiet tal-istess sess jibqgħu att kriminali, fejn m’ hemm l-ebda aċċess għal rikonoxximent legali tal-ġeneru bbażat fuq l-awto -determinazzjoni, u fejn għadhom jipprevalu kirurġiji u trattamenti ‘normalizzanti’ fuq tfal intersesswali.

Il-Kunsill ikompli wkoll jagħti pariri lill-Gvern dwar numru ta’ kwistjonijiet li jħallu impatt fuq persuni LGBTIQ, inklużi oqsma enfasizzati fl-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni LGBTIQ u kwistjonijiet emerġenti ffaċċjati minn nies LGBTIQ.

Il-Kunsill Konsultattiv LGBTIQ huwa korp konsultattiv imwaqqaf fl-2013. Il-Kunsill jagħti pariri lill-Gvern dwar kwistjonijiet li jħallu impatt fuq persuni LGBTIQ u jressaq leġislazzjoni, politika ta’ ideat u miżuri oħra biex javvanzaw id-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ f’konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com