Il-President Lest Jirriżenja Jekk F’Pajjiżna Tgħaddi Liġi Biex Jiddaħħal L-Abort

 Il-President Lest Jirriżenja Jekk F’Pajjiżna Tgħaddi Liġi Biex Jiddaħħal L-Abort

Ritratt: NetNews.com.mt

F’kumment mal-midja, l-President ta’ Malta George Vella qal ċar li lest jirriżenja jekk f’pajjiżna tidħol liġi li tħalli l-abort isir.

Il-President iddikjara li hu ma jiffirma qatt liġi li tinvolvi l-awtoriżazzjoni tal-qtil. Hu stqarr li ma jistax iżomm l-Eżekuttiv milli jiddeċiedi pero fakkar li għandu l-libertà li jekk ma jaqbilx ma d-deċiżjoni tal-Parlament, jirriżenja. Mistoqsi jekk hux kontra din il-liġi fit-totalità tagħha, George Vella qal li “m’hemmx nofs mewt u jekk ħa toqtol, toqtol u jekk ma toqtolx ma toqtolx.”

L-abbozz ta’ liġi ġie mressaq fil-Parlament il-ġimgħa li għaddiet mid-Deputat indipendenti Marlene Farrugia u kien sekondat mill-ex Ministru Laburista Godfrey Farrugia. Biex tissostanzja l-pożizzjoni tagħha, Marlene Farrugia qalet li Malta hi l-uniku pajjiż fl-UE li fiha l-abort għadu mhux legali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com