Titħajjar Taħdem Onlajn Minn Villaġġ fl-Italja U Titħallaslek Sa’ 50% Tal-Kera?
Waqt il-pandemija rajna żieda fin-numru ta’ ħaddiema li qegħdin iwettqgħu l-ħidma tagħhom onlajn mid-djar tagħhom. B’dan il-mod wieħed jista’ jaħdem minn fejn jixtieq. Għal dawk li jitħajjru jaħdmu minn postijiet b’veduti sbieħ, issa żewġ villaġġi Taljani qegħdin joffru li jħallsu lill-ħaddiema li jagħżlu li jmorru jgħixu hemmhekk.
Sabiex iħeġġu residenti ġodda, Santa Fiora fit-Toscana u Rieti f’Lazio lesti jħallsu sa’ 50% tal-kera li min jiddeċiedi li jmur jgħix hemmhekk u jaħdem mid-dar fit-tul.
Il-kirjiet f’dawn l-villaġġi jidhru li diġa huma baxxi meta kumparati ma’ postijiet oħra. Wieħed jinnota li huwa irrelevanti x’tip ta’ xogħol tagħmel, basta tista’ tagħmlu minn fejn tkun. Jidher li wieħed jeħtieġ jippreżenta provi li verament ikun qiegħed jaħdem.
Illum il-popolazzjoni ta’ Santa Fiora hija ta’ 2,500 resident imma is-sindku ta’ dan il-villaġġ jemmen li internet b’saħħtu u xogħol virtwali kapaċi joffri futur sabiħ lil dan il-villaġġ.
Minkejja li Rieti għandha popolazzjoni ta’ 50,000 persuna, il-popolazzjoni staġnat u m’għandhix tikber.
Jidher li l-għan aħħari huwa li dawn il-villaġġi bi storja, arkitettura u paesaġġ mill-isbaħ iżiedu fil-popolazzjoni, grazzi għal mod teknoloġiku li bih wieħed jista’ jwettaq il-ħidma tiegħu llum il-ġurnata.
Ritratt: Rieti/ Italy Magazine
Ritratt Prinċipali: Santa Fiora/ Visit Tuscany