Destiny Tista’ Toħroġ U Se Tieħu Sehem Fl-Ewwel Wirja Uffiċjali
Il-kantanta Destiny se tkun tista’ tieħu sehem fl-ewwel wirja uffiċjali tal-Eurovision Song Contest illum quddiem il-ġurija.
Ftit tal-minuti ilu tħabbar mill-organizzaturi li d-delegazzjoni Maltija rriżultat negattiva għall-COVID-19 u b’hekk huma jistgħu joħorġu u jkomplu bl-attivitajiet u l-provi.
Għada, it-Tlieta 18 ta’ Mejju, Destiny se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fl-ewwel semi-finali ta’ dan il-contest.
Id-delegazzjoni Maltija u tar-Rumanija li qegħdin joqogħdu fl-istess lukanda mal-Pollakki u l-Iżlandiżi, ilbieraħ ma ħadux sehem fil-ftuħ uffiċjali tal-Eurovision bħala miżura ta’ prekawzjoni, wara li membru tad-delegazzjoni Pollakka rriżulta pożittiv għall-Covid-19.