Illejla Destiny Tirrappreżentana Fl-Ewwel Semifinali
Illejla l-Ambaxxatriċi Maltija għall-Eurovision Song Contest, Destiny se tirrappreżenta lil pajjiżna fl-ewwel semifinali tal-Eurovision bil-kanzunetta Je me Casse.
Se tkanta fis-16 -il pożizzjoni u jekk tgħaddi mis-semi finali, tgħaddi għas-serata tas-Sibt li ġej.
Jidher li Destiny lbieraħ kellha tkanta darbtejn wara ħsara teknika f’apparat li l-kantanti jkollhom f’widnejhom.
Anke pajjiżi oħra, ġralhom l-istess fosthom il-kantanti tar-Rumanija u l-Ukrajna.
Issa, il-libsa ta’ Destiny hija minn fuq s’isfel kulur il-fidda u jidher li qed tintlaqa’ tajjeb ukoll.
Iżda bħal dejjem, fuq Destiny tispikka l-vuċi meraviljuża u b’saħħitha tagħha.
Ma’ Malta se jikkompetu l-Litwanja, l-Islovenja, ir-Russja, l-Iżvezja, l-Awstralja, il-Maċedonja ta’ Fuq, l-Irlanda, Ċipru, in-Norveġja, il-Kroazja, Belġju, l-Iżrael, ir-Rumanija, l-Ażerbajġan u l-Ukrajna.
Awguri Destiny, Awguri Malta.