Sena Internet B’Xejn Għal 3,100 Student

 Sena Internet B’Xejn Għal 3,100 Student

B’investiment ta’ madwar 930,000 ewro, mill-Ħamis li ġej, 3,100 student ser jibbenifikaw minn sena internet b’xejn.

Dan qiegħed jimplimenta wiegħda tal-Gvern, liema wiegħda kienet parti mill-baġit li għaddha.

Minn dan l-investiment ser igawdu studenti fil-livell post-sekondarju.

F’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Edukazzjoni, Justyne Caruana u l-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija, Silvio Schembri, ġie spjegat li dawn il-vouchers se jitqassmu b’mod elettroniku.

Minn nhar il-Ħamis, l-istudenti jistgħu jsarrfu dawn il-vouchers u jagħmlu użu minnhom sal-aħħar tax-xahar ta’ Ġunju.

L-istudenti li huma eliġibbli f’din l-iskema huma dawk li jieħdu l-istipendju fl-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja, indipendenti, fil-Junior College u fl-MCAST, li komplew bl-istudji post-sekondarji tagħhom immedjatament wara l-ħames sena tas-sekondarja, jiġifieri l-Form 5.

Għal iktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur is-sit freeinternetvoucher.edu.mt.

Ritratt: eSchool News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com