Ix-Xogħlijiet Fuq Ix-Xatt Ta’ Marsalforn Jieqfu Ħesrem
Ix-xogħlijiet fuq ix-xatt ta’ Marsalforn kellhom jitwaqqfu minnufih minħabba mandat ta’ inibizzjoni fil-Qorti minn sid ta’ propjetà.
Hekk saħaq il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fuq facebook fejn qal ukoll, li llum stess, kellu jidaħħal rikors b’urġenża mill-Ministeru għal Għawdex.
Tenna kif sakemm eventwalment tittieħed deċiżjoni fuq il-mandat, ix-xogħlijiet se jkollhom jieqfu – proprju f’mument kruċjali fuq l-għatba tas-sajf.
“Filwaqt li se naderixxu mal-liġi, iridu naraw li dan il-proġett tant importanti jitlesta fil-ħin minkejja dan l-intopp’, temm jgħid il-Ministru Camilleri.