Clyde Caruana Jwieġeb Għall-Artiklu Tat-Times – “Mhux Se Naċċetta L-ebda ‘Discount’ jew Tnaqqis Mit-Taxxa Dovuta”

 Clyde Caruana Jwieġeb Għall-Artiklu Tat-Times – “Mhux Se Naċċetta L-ebda ‘Discount’ jew Tnaqqis Mit-Taxxa Dovuta”
Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana rrimarka għall-artiklu tat-Times of Malta li skont hu, għandu skop wieħed; li jġiegħel in-nies isaqsu għalfejn għandi nħallas it-taxxa la mhux kulħadd qed iħallasha?
Tenna li r-risposta tiegħu lejhom hi li kull negozju u individiwu ser iħallas kull ċenteżmu dovut lejn it-taxxa u li ma hemmx eċċezzjonijiet.
“Jekk jiena nagħmel eċċezzjoni waħda u niffranka t-taxxa lil xi ħadd inkun qed nimmina l-fiduċja tal-poplu lejn il-pajjiż. Apparti li tkun ħniżrija minnha nnifisha”, sostna Caruana.
Fisser kif bħala Ministru tal-Finanzi se jara li taxxi ma jiżdiedux u ma jidħlux oħrajn ġodda.
Ikkritika lit-Times of Malta li fuq kull ħaġa jibagħtu l-mistoqsijiet, u fuq storja bħal din, ipprintjaw “storja b’aġenda moħbija biex sempliċiment jinkazzaw lin-nies.”

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com