Bil-Filmat: Vann B’Manuvra, Jipperikola Sewwieqa Tal-Muturi
F’filmat li ttella’ fuq you tube, juri sewwieq ta’ vann li wara li qala’ grupp ta’ muturi, għamel manuvra laġenba apposta tant li żewġ muturi deheru jnaqqsu mis-sewqan għaliex setgħu spiċċaw f’inċident.
Wieħed jistaqsi għaliex?
Inzertaw xufiera tal-mutur li kienu fuq wara kellhom il-camera mal-helmet tagħhom u ffilmjaw kollox.
Iżda, tajjeb ukoll ngħidu li fil-kummenti taħt il-filmat fuq you tube, kien hemm min ġibed l-attenzjoni tax-xufiera tal-muturi, biex darb’oħra ma jokkupawx iż-żewġ karreġġjati anqas.
Intom x’taħsbu dwar dan?