Vettura Mfittxija Mill-Pulizija – Rajtha?
Il-Pulizija qed titlob lill-pubbliku jgħinha fi tfittxija għall-vettura tat-tip Mitsubishi ASX jew Outalnder ta’ kulur griż jew silver. Aktarx, il-mera tan-naħa tax-xelluq hija nieqsa.
Din il-vettura allegatament kienet involuta f’hit and run li seħħ fis-6 ta’ Mejju 2021 f’San Pawl il-Baħar u li ħalla raġel f’kundizzjoni serja.
Il-pubbliku huwa mitlub li jekk ikollu xi informazzjoni ġentilment jista’ jibgħat messaġġ privat jew iċempel il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fuq 119/ 21224001 u jikkwota n-numru ta’ referenza 2/2021.