Tindarab F’Inċident Tat-Traffiku Fil-Gżira
Ilbieraħ, għal xi s-18.00, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Tas-Sliema, il-Gżira.
Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li mara mill-Belarussja ta’ 33 sena u residenti l-Gżira, weġġgħet wara li ntlaqtet minn Mazda Demio, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Imsida.
Konsegwentement, il-Mazda Demio kellha wkoll impatt ma’ vettura tal-għamla Renault Clio li kienet ipparkjata.
Ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kienet ingħatat l-ewwel gaħjnuna minn tim mediku fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.