Malta Tiġi L-Ewwel F’ Kompetizzjoni Tal-Arti Tal-Fotografija Fi Franza
Hekk kif ħafna Maltin kienu qed isegwu l-Eurovision b’ tant ħerqa, mijiet ta’ Artisti Digitali minn madwar l-Ewropa kollha nġabru virtwalment biex jaqsmu x-xogħlijiet tagħhom f’wirjiet online. Wieħed minn dawn kien l-artist diġitali lokali, Noel Baldacchino.
Aktar magħruf internazzjonalment taħt l-isem artistiku “Mop“, Noel rebaħ il-kompetizzjoni tal-fotografija imtella’ minn Shadow Digital Arts. Minħabba l-pandemija, dan l-avveniment tal-arti diġitali ittella’ virtwalment fi tmiem il-ġimgħa fi Franza għall-ewwel darba din is-sena. Artisti diġitali ta’ kull età kkompetew fil-grafika, mużika, fotografija u anke animazzjoni.
Din is-sena, Noel ipparteċipa fil-kompetizzjoni tal-fotografija u ħareġ ir-rebbieħ b’ritratt ta’ qattus kemmxejn differenti milli naraw is-soltu, meħud fil-ġnien Romeo Romano f’ Santa Venera fejn hemm komunità indukrata ta’ qtates. Il-fotografu rnexxielu jaqbad dettall u espressjoni kemmxejn enigmatika ta’ din il-ħlejqa fl-ambjent naturali tagħha.
Int x’taħseb dwar ir-ritratt rebbieħ? Awguri Noel.