Ryanair Immultata €4.2 Miljun Għax Ma Rrifonditx Lill-Klijenti
L-Italja mmultat lir-Ryanair €4.2 miljun wara li kkonkludiet li naqset meta ma rrifonditx il-flus li ħallsu l-klijenti tagħha li kellhom titjira mħassra minħabba l-Covid-19 wara Ġunju 2020.
Ir-regolatur Taljan sab li l-linja tal-ajru Irlandiża kienet inġusta meta offriet vawċers flok ma tat lura l-flus lil dawk li kellhom titjira mħassra.
Fl-2019 kienet immultata €3 miljun talli ddeċidiet li bagalji żgħar setgħu jittellgħu bla ħlas bil-kundizzjoni li jitpoġġew taħt is-‘seat’ ta’ quddiemhom.
Fl-aħħar jiem l-awtoritajiet Taljani mmultaw lill-linja tal-ajru Ingliża Easy Jet €2.8 miljun u lil dik Spanjola Volotea €1.4 miljun għall-istess raġuni.