“Urejtni X’Jiġifieri Tħobb Bla Ma Tistenna Xejn Lura”

 “Urejtni X’Jiġifieri Tħobb Bla Ma Tistenna Xejn Lura”

“Owen, naf li mintix xi wieħed li tfittex ħafna eloġji, però f’din l-ġurnata ma nistax ma niktiblekx dawn il-kelmtejn.” Hekk kitbet Remenda Grech, is-sieħba tal-Ministru Owen Bonnici llum f’għeluq sninu fejn irringrazzjatu tal-pożittività li jxerred u l-umiltà li hija sinonima miegħu.

Tenniet li huwa persuna li jaħdem bla waqfien, li jħobb verament lil pajjiżu u li dejjem jirsisti biex jara l-ħajja tan-nies ferm aħjar.

Grech faħħret il-kwalitajiet tal-Ministru Owen Bonnici fosthom li jħobb il-familja u li jħobb bla ma jistenna xejn lura.

“Tajtni mħabba u rispett bla kundizzjonijiet, u urejtni xigifieri tħobb bla ma tistenna xejn lura. Inħobbok bla qies u sinċerament ma jonqosni xejn iktar, għax bik f’ħajti nħoss li għandi kollox”, temmet tgħid Remenda.

Awguri Ministru.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com