100,000 Mewta Bil-COVID-19 Fl-Indja F’Inqas Minn Xahar… Sa Issa B’Kollox Mietu Aktar Minn 300,000 Ruħ
Il-sitwazzjoni tal-coronavirus fl-India hija waħda severa ħafna, tant li wara li tħabbar li 4,454 persuna mietu fl-aħħar 24 siegħa kawża ta’ dan il-virus, issa it-total ta’ vittmi fl-Indja tela’ għal 303,720. Terz ta’ dawn tilfu ħajjithom f’inqas minn xahar.
L-istatistika turi li dan il-pajjiż għandu t-tielet l-għola rata ta’ mwiet wara l-Istati Uniti u l-Brażil.
Minkejja dan, l-esperti qed jgħidu li probabbilment li n-numru ta’ mwiet fl-India huwa ferm għola minn numru uffiċjali maħruġ mill-Ministeru tas-Saħħa.
Ritratt: apnews.com