Il-Pubbliku Jifhmu Artiklu Jew Jattakka Għax Ma Jifhmux?!

 Il-Pubbliku Jifhmu Artiklu Jew Jattakka Għax Ma Jifhmux?!

Drajnieha u hija sinonima mmens max-xandir. Tikteb ġrajja u taqla’ baraxx. Kieku tgħid niktbu li l-PL huwa tajjeb dejjem u l-PN huwa ħażin jew viċe versa, tgħid paċenjza. Kieku tgħid, ikollok kritika fuq opinjoni, tgħid paċenzja. Imma li tikteb fatt miktub storikament bla ma tagħti l-verżjoni tiegħek u jgħidulek ‘xħa tivvintaw?’????

Din li ssemmi fatt storiku bħal fil-każ tal-artiklu dwar Ċensu Moran, u jkun hemm insinwazzjoni li vvintajna, jiddisjpaċina ngħidu, li għad baqgħalna ħafna biex nifhmu kif għandna nħarsu lejn artiklu storiku.

Jekk Ġwanni jew Martin li kienu tal-Partit tal-farfett u rreżenjaw, u aħna ngħidu li rreżenjaw, inutli wieħed jew waħda jattakkaw għax il-fatt jibqa’ li rreżenjaw.

La għandna nteress għax tal-partit tal-farfett u xejn anqas. GĦANDNA BISS INTERESS LI NXERRDU T-TAGĦLIM STORIKU BLA BIAS.

Bla dubju, mhux kulħadd. Hawn ħafna ħafna li jafu jagħmlu distinzjoni bejn fatti storiċi u invenzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com