Malta Se Tospita L-iSpecial Olympics Għall-Ewwel Darba

 Malta Se Tospita L-iSpecial Olympics Għall-Ewwel Darba

Pajjizna li tant jaħdem għad-drittijiet tal-persuni b’diżabbilità, ser ikun qed jospita l-logħob tal-iSpecial Olympics, għall-ewwel darba f’Malta f’Mejju 2022.

Dan ser ikun possibbli permezz t’iffirmar ta’ ftehim li sar bejn il-Gvern Malti u l-iSpecial Olympics Malta u Special Olympics Europe Eurasia. Din hija l-ewwel opportunità fl-istorja, li Malta ser torganizza din il-manifestazzjoni sportiva.

Dr Lydia Abela tenniet li l-logħob ta’ Special Olympics jagħtu lill-atleti l-opportunità ta’ ħajjithom biex jikkompetu u jiksbu r-riżultati u li avvenimenti bħal dawn, iħeġġu ħajja sana u jippromwovi s-saħħa fiżika u mentali.

L-iffirmar tal-ftehim li jagħti l-fondi u r-riżorsi meħtieġa għall-organizzazzjoni ta’ dan il-logħob sar mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Matthew Vella, mid-Direttur Nazzjonali ta’ Special Olympics Malta Anna Calleja u mill-President ta’ Special Olympics Europe Eurasia David Evangelista.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com