It-Tim Nazzjonali Jibda Bit-Taħriġ Fl-Awstrija
Il-Ħamis kien l-ewwel jum minn tnax li t-Tim Nazzjonali Malti għandu fl-Awstrija fejn irid jilgħab tliet logħbiet ta’ ħbiberija bl-ewwel logħba nhar il-Ħadd kontra l-Irlanda ta’ Fuq.
L-ewwel sessjoni ta’ taħriġ il-Ħamis saret taħt xita qalila fejn il-plejers dehru kunfidenti u f’kundizzjoni tajba, wieħed iżda jrid jara l-aspett fiżiku meta wieħed iqis li l-Kampjonat Malti ilhu wieqaf kważi tliet xhur u l-playing time fil-players Maltin huwa kemmxejn nieqes.
Il-Ħadd kontra l-Irlanda ta’ Fuq se tkun logħba iebsa li iżda fiha t-tim Malti jipprova jżomm il-mument pożittiv ta’ riżultati li kkarateriżaw l-aħħar ħarġiet apparti kontra l-viċi Ċampjons tad-dinja renjanti l-Kroazja fejn għalkemm ma’ ġiex umiljat fl-aħħar ħarġa tiegħu f’Rijeka fl-aħħar ta’ Marzu li għadda, t-Tim Malti xorta ħareġ tellief 3-0.
Dawn it-tliet logħbiet ta’ ħbiberija fl-Awstrija għat-Tim Nazzjonali għandhom iservu biex il-plejers Maltin ikunu fl-aqwa kundizzjoni possibli qabel il-logħba tas-sena, hekk kif fl-ewwel ta’ Settembru nospitaw lil Ċipru f’Ta’ Qali fi dwell ieħor, ir-raba’ wieħed ta’ Kwalifikazzjoni minn Grupp Ħ għat-Tazza tad-Dinja.
Lura fl-Awstrija fejn it-Tim Nazzjonali Malti jkollu sessjoni ta’ taħriġ oħra l-ġimgħa tard wara nofsinhar qabel jibdew l-impenji uffiċjali s-Sibt b’MD-1 u l-aħħar preparamenti lejliet il-koonfront ta’ ħbiberija kontra l-Irlanda ta’ Fuq nhar il-Ħadd fis-6pm livestreamed fuq is-sit uffiċjali ta’ Television Malta.