L-Assoċjazzjoni Wirt Il-Kalkara Kuntenta Li L-Forti Ricasoli Se Jerġa’ Jieħu D-Dinjità
F’kumment mill-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, intqal li qed jilqgħu b’sodisfazzjon l-impenn tal-Gvern sabiex il-faċilità tat-tank cleaning tiġi relokata minn ġol-binja storika tal-Forti Ricasoli u l-bajja pubblika tar-Rnella fil-Kalkara.
Qalu li jaqblu mad-djalogu u d-diskussjoni li għaddejja bħalissa min-naħa tal-Ministru tat-Trasport Dr. Ian Borg, filwaqt li sostnew li din ir-rilokazzjoni għandha ssir kemm jista’ jkun malajr, kif espress b’mod unanimu mill-Kumitat tal-Verifika Parlamentari, sabiex ir-riġenerazzjoni tal-Forti Ricasoli tibda’ minnufih.
“Inħarsu ‘l quddiem biex il-Forti Ricasoli jerġa’ jieħu lura d-dinjità li jixraqlu”, temmiet l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara.