Il-PM Robert Abela Jisma’ Suġġerimenti Mill-Istudenti F’Laqgħa Magħhom F’Kastilja

 Il-PM Robert Abela Jisma’ Suġġerimenti Mill-Istudenti F’Laqgħa Magħhom F’Kastilja

Ftit tal-ħin ilu, il-Prim Ministru Robert Abela tella’ ritratt ma’ studenti f’laqgħa li kellu magħhom f’Kastilja, wara li bħala parti minn proġett ta’ Eko Skola, għamlu audit ta’ kif fil-Berġa ta’ Kastilja jistgħu jitħaddmu prattiċi iktar ambjentali.

“Mhux biss irringrazzjajthom tal-inizjattiva, iżda tajthom il-kelma li dak rakkomandat se nimplimentawh”, tenna l-Prim Ministru Robert Abela.

Fost diversi rakkomandazzjonijiet, l-istudenti ssuġġerew li jitħallew it-twieqi iżjed miftuħa bil-għan li l-uffiċini jgawdu minn dawl naturali u ċirkolazzjoni tal-arja. L-istudenti pproponew ukoll li jiżdied l-ammont ta’ pjanti fil-Berġa ta’ Kastilja li jtejbu l-kwalità tal-arja fuq il-post tax-xogħol.

Faħħar l-attiviżmu minn ċkunithom li juri kemm pajjiżna għandu ġejjieni sabiħ quddiemu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com